Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2016 – Hesse vs EUIPO – Wedl & Hofmann (TESTA ROSSA)

(Kawża T-910/16)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Kurt Hesse (Nürnberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Krogmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wedl & Hofmann GmbH (Mils/Hall in Tirol, l-Awstrija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “TESTA ROSSA” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 7 070 519

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Ottubru 2016 fil-Każ R 68/2016-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiddikjara li t-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 7 070 519 hija rrevokata fir-rigward tal-prodotti segwenti:

Klassi 21 — Kontenituri għal użu domestiku u għal użu fil-kċina; prodotti tal-ħġieġ, porċellana, b’mod partikolari għal fuq il-mejda; Tazzi tal-ħġieġ;

Klassi 25 — Ħwejjeġ, b’mod partikolari fradal, qomos, flokkijiet powlo u t-shirts; Xedd ir-ras;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________