Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta Diċembru 2016 – Wedl & Hofmann vs EUIPO - Hesse (TESTA ROSSA)

(Kawża T-911/16)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Wedl & Hofmann GmbH (Mils/Hall in Tirol, l-Awstrija) (rappreżentant: T. Raubal, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kurt Hesse (Nürnberg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea bl-elementi verbali “TESTA ROSSA” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 7 070 519

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Ottubru 2016 fil-Każ R 68/2016-1

Talbiet

tannulla jew temenda d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din ċaħdet l-appell tar-rikorrent u ddikjarat ir-revoka tat-trade mark tar-rikorrenti għall-klassijiet 7, 11, 20, ta’ partijiet mill-klassijiet 21 u 25, tal-klassi 28, ta’ partijiet mill-klassi 30, u tal-klassijiet 34 u 38 kif ukoll sa fejn din ikkonfermat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tas-17 ta’ Novembru 2015 f’dak ir-rigward (madankollu, il-parti mid-deċiżjoni kkontestata li tilqa’ l-appell tar-rikorrent tibqa’ mhux ikkontestata mir-rikorrenti);

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 51(1) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tar-Regola 40(5) tar-Regolament Nru 2868/95, moqri flimkien mar-Regola 22(3) u (4) tiegħu.

____________