Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ April 2019 – Hesse u Wedl & Hofmann vs EUIPO (TESTA ROSSA)

(Kawżi T-910/16 u T-911/16) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva TESTA ROSSA – Dikjarazzjoni parzjali ta’ revoka – Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Prova tal-użu – Użu estern tat-trade mark ikkontestata – Ugwaljanza fit-trattament”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent fil kawża T-910/16: Kurt Hesse (Nürnberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Krogmann, avukat)

Rikorrenti fil kawża T-911/16: Wedl & Hofmann GmbH (Mils, l-Awstrija) (rappreżentant: T. Raubal, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Fischer, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali, rispettivament fil-kawża T-910/16 u fil-kawża T-911/16: Wedl & Hofmann GmbH u Kurt Hesse

Suġġett

Rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 68/2016-1), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn K. Hesse u Weld & Hofmann.

Dispożittiv

Il-Kawżi T-910/16 u T-911/16 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

Ir-rikorsi huma miċħuda.

Fil-Kawża T-910/16, Kurt Hesse huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Fil-Kawża T-911/16, Wedl & Hofmann GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 53, 20.2.2017.