Language of document : ECLI:EU:T:2012:628





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Novembru 2012 – H‑Holding vs Il-Parlament

(Kawża T-672/11)

“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Rikors għad-danni — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”

1.                     Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Intimazzjoni tal-Istituzzjoni — Assenza — Inammissibbiltà (Artikolu 265 TFUE) (ara l-punti 12-14)

2.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Dritt ta’ azzjoni rriżervat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri (Artikoli 258 TFUE u 259 TFUE) (ara l-punt 15)

3.                     Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 265 TFUE) (ara l-punti 16-18)

4.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Illegalità — Assenza — Inammissibbiltà (ara l-punt 19)

Suġġett

Talba intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Parlament astjena illegalment milli jressaq proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontra r-Repubblika Ċeka u milli jitlob lill-OLAF jiftaħ investigazzjoni li tinvolvi partit politiku Ċek, wara l-petizzjoni tagħha tal-24 ta’ Awwissu 2011, u, min-naħa l-oħra, li jinkiseb kumpens għad-dannu mġarrab minħabba dan l-allegat nuqqas li tittieħed azzjoni min-naħa tal-Parlament.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

H‑Holding AG hija kkundannata għall-ispejjeż.