Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-30 ta’ Novembru 2017 – Ministero della Salute vs Hannes Preindl

(Kawża C-675/17)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ministero della Salute

Konvenut: Hannes Preindl

Domandi preliminari

L-Artikoli 21, 22 u 24 tad-Direttiva [2005/36/KE] 1 jimponu fuq Stat Membru, fejn hemm l-obbligu ta’ taħriġ full-time u l-projbizzjoni korrelativa ta’ reġistrazzjoni simultanja għal żewġ korsijiet universitarji, ir-rikonoxximent awtomatiku ta’ kwalifiki li minflok ikunu nkisbu fl-Istat Membru ta’ oriġini b’mod simultanju jew f’perijodi parzjalment sovrapposti?

F’każ ta’ risposta affermattiva, l-Artikolu 22(a) u l-Artikolu 21 tad-Direttiva jistgħu jiġu interpretati fis-sens li l-awtorità tal-Istat Membru li mingħandha huwa mitlub ir-rikonoxximent għandha madankollu d-dritt li tivverifika l-kundizzjoni li t-tul totali, il-livell u l-kwalità ta’ dan it-taħriġ ma jkunux inferjuri għal dawk tat-taħriġ kontinwu full-time?

____________

1     Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (GU L 255, p. 22).