Language of document : ECLI:EU:T:2014:895





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Ottubru 2014 — Alpiq RomIndustries u Alpiq RomEnergie vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑129/13)

“Għajnuna mill-Istat — Elettriku — Tariffi preferenzjali — Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE — Rikors għal annullament — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Miżura ta’ għajnuna totalment eżegwita fid-data tal-preżentata tar-rikors — Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Atti intiżi li joħolqu effetti ġuridiċi — Kunċett — Kundizzjonijiet (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 21, 23, 24, 51)

2.                     Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Atti preparatorji — Esklużjoni (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 22)

3.                     Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali ta’ miżura statali li qed tiġi implementata suġġetta għall-klassifikazzjoni provviżorja bħala għajnuna ġdida — Inklużjoni (Artikoli 107(1) TFUE, 108(3) TFUE u 263 TFUE) (ara l-punti 26-28)

4.                     Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali ta’ miżura statali li ma għadhiex qed tiġi implementata — Esklużjoni (Artikoli 107(1) TFUE, 108(2) u (3) TFUE u 263 TFUE) (ara l-punti 33, 37, 42, 55, 56, 58)

5.                     Proċedura ġudizzjarja — Ammissibbiltà tar-rikorsi — Evalwazzjoni b’riferiment għas-sitwazzjoni fil-mument tal-preżentata tar-rikors (ara l-punt 44)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 2542 finali, tal-25 ta’ April 2012, li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar l-għajnuna mill-Istat SA 33451 (2012/C) (ex 2012/NN) — Ir-Rumanija — Tariffi preferenzjali f’kuntratti bejn Hidroelectrica SA u fornituri tal-elettriku.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Alpiq RomIndustries Srl u Alpiq RomEnergie Srl huma kkundannati għall-ispejjeż.