Language of document : ECLI:EU:T:2007:338





Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-9 ta’ Novembru 2007 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-183/07 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Direttiva 2003/87/KE – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra – Pjan nazzjonali ta’ l-allokazzjonijiet ta’ kwoti ta’ emissjonijiet għall-Polonja għall-perijodu bejn l-2008 u l-2012 – Deċiżjoni ta’ ċaħda tal-Kummissjoni – Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – “Fumus boni juris” – Urġenza – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar ta’ l-interessi kollha in kwistjoni (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 17-19)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli (Artikolu 242 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 38, 39)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni C (2007) 1295, tas-26 ta’ Marzu 2007, dwar il-pjan nazzjonali ta’ l-allokazzjonijiet ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra nnotifikat mill-Polonja għall-perijodu bejn l-2008 u l-2012, skond id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, p. 32)

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.