Language of document : ECLI:EU:T:2008:244





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tat-2 ta’ Lulju 2008 – Ashoka vs UASI (DREAM IT, DO IT!)

(Kawża T-186/07)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali DREAM IT, DO IT! – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 37, 38)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Marzu 2007 (Każ R 635/2006-1), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali DREAM IT, DO IT! bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Ashoka

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali DREAM IT, DO IT! għal servizzi fil-klassijiet 35, 36, 41 u 45 – Applikazzjoni Nru 3844792

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ashoka hija kkundannata għall-ispejjeż.