Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2022 – Cogebi u Cogebi vs Il-Kunsill

(Kawża T-782/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cogebi (Brussell, il-Belġju), Cogebi, a.s. Cogebi, a.s. (Tábor, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: H. over de Lindern, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikolu 3(i) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina 1 , kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1904 tas-6 ta’ Ottubru 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna 2 , sa fejn din tikkonċerna l-inklużjoni fil-lista ta’ oġġetti u teknoloġiji msemmija fl-Artikolu 3(i) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1904 (Anness XXI) tan-kodiċi NK 6814;

tikkundanna lill-Kunsill ibati l-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tar-rekwiżit proċedurali essenzjali - rekwiżit ta’ motivazzjoni.

It-tieni motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-libertà ta’ impriża, kif imsemmi fl-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba, kif imsemmi fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u l-ksur tad-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta.

____________

1 ĠU 2014, L 229, p. 1 rettifiki fil-ĠU 2014, L 246, p. 59 u fil-ĠU 2922, L 114, p. 214.

1 ĠU 2022, L 259, p. 3.