Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta' Diċembru 2011 - Al-Chihabi vs Il-Kunsill

(Kawża T-593/11 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra s-Sirja - Iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta' urġenza - Nuqqas ta' dannu gravi u irreparabbli")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Fares Al-Chihabi (Alep, is-Sirja) (rappreżentanti: L. Ruessmann u W. Berg, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)

Suġġett

Essenzjalment, talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/522/PESK, tat-2 ta' Settembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 228, p. 16), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 878/2011, tat-2 ta' Settembru 2011, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 228, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/684/PESK, tat-13 ta' Ottubru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 269, p. 33), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1011/2011, tat-13 ta' Ottubru 2011, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 269, p. 18), sa fejn dawn it-testi jirrigwardaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________