Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Diċembru 2012 - A vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-595/11 P) 

("Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Marda kkaġunata mix-xogħol - Invalidità totali permanenti - Aċċess għall-fajl individwali - Rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar - Talba għad-danni")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: A (P., Franza) (rappreżentanti: B. Cambier, A. Paternostre u L. Levi, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tal-14 ta' Settembru 2011, A vs Il-Kummissjoni (F-12/09, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u bil-għan tal-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

1)    Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq l-appell sa fejn din tirrigwarda s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tal-14 ta' Settembru 2011, A vs Il-Kummissjoni (F-12/09, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), sa fejn din tirrigwarda t-talba għal annullament tad-deċiżjoni tat-28 ta' April 2008 sa fejn din tirrifjuta li tħallas kumpens provviżorju previst mill-Artikolu 19(4) tal-Iskema Konġunta tal-Assigurazzjoni għall-mard tal-Komunitajiet Ewropej u tapplika d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 73(2)(b) tar-Regolamenti tal-persunal, kif ukoll it-talba għall-kundanna tal-Kummissjoni sabiex tħallas il-kumpens previst minn dan l-artikolu.

2)    Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

3)    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 49, 18.02.2012.