Language of document : ECLI:EU:T:2014:53





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Jannar 2014 –

Bricmate vs Il-Kunsill

(Kawża T‑596/11)

“Rikors għal annullament – Dumping – Importazzjoni ta’ madum taċ-ċeramika li joriġina miċ-Ċina – Dazju antidumping definittiv – Nuqqas ta’ interess individwali – Att leġiżlattiv li jinkludi miżuri ta’ implementazzjoni – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Regolament li jistabbilixxi dazji antidumping – Importatur esklużiv mhux assoċjat mal-esportatur u li ma huwiex l-importatur prinċipali jew l-utent finali tal-prodott – Kriterji oħra li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni (paragrafu 4 tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, kif emendat bir-Regolament Nru 1225/2009) (ara l-punti 23-34, 39-48, 55, 58)

2.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Kunċett ta’ att leġiżlattiv skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Kull att ta’ portata ġenerali minbarra l-atti leġiżlattivi – Regolament li jistabbilixxi dazji antidumping – Inklużjoni – Att li jinkludi miżuri ta’ implementazzjoni skont id-dispożizzjoni msemmija tat-Trattat – Eżistenza ta’ rimedji interni kontra dawn il-miżuri – Inammissibbiltà tar-rikors għal annullament (paragrafu 4 tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, kif emendat bir-Regolament Nru 1225/2009) (ara l-punti 64-75)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 917/2011, tat‑12 ta’ Settembru 2011, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 238, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Bricmate AB għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

4)

Cerame‑Unie AISBL, Asociación Española de Fabricantes de Azulejos y Pavimentos Cerámicos (ASCER), Confindustria Ceramica, Casalgrande Padana SpA u Etruria Design Srl għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.