Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta' Diċembru 2010 - Bimbo vs UASI - Panrico (BIMBO DOUGHNUTS)

(Kawża T-569/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bimbo, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Panrico, SL (Barcelona, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tbiddel id-deċiżjoni, tas-7 ta' Ottubru 2010, tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern fil-Każ R 838/2009-4 u tirreġistra t-trade mark Komunitarja bl-applikazzjoni Nru 5096847;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni, tas-7 ta' Ottubru 2010, tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern fil-Każ R 838/2009-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Bimbo, SA

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "BIMBO DOUGHNUTS" għal prodotti fil-klassi 30, applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5096847

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark verbali "DONUT" irreġistrata fi Spanja taħt in-Nru 399563 għal prodotti fil-klassi 30, trade mark figurattiva "donuts" irreġistrata fi Spanja taħt in-Nru 643273 għal prodotti fil-klassi 30; trade mark verbali "DOGHNUTS" irreġistrata fi Spanja taħt in-Nru 1288926 għal prodotti fil-klassi 30; trade mark figurattiva "donuts" irreġistrata fi Spanja taħt in-Nru 2518530 għal prodotti fil-klassi 30; trade mark verbali "DONUTS" irreġistrata fil-Portugall taħt in-Nru 316988 għal prodotti fil-klassi 30; trade mark verabli "DONUT" li hija rreġistrata f'livell internazzjonali taħt in-Nru 355753 għal prodotti fil-klassi 30; trade mark figurattiva "donuts" li hija rreġistrata f'livell internazzjonali taħt in-Nru 814272 għal prodotti fil-klassi 30

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors miċħud

Motivi invokati: id-deċiżjoni kkontestata tikser id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ma qiesx il-fatti invokati u l-provi prodotti fil-ħin mill-partijiet u hija tikser id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(1)(b) tal-imsemmi regolament peress li l-Bord tal-Appell wettaq żball ta' evalwazzjoni tal-probabbiltà ta' konfużjoni.

____________