Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Settembru 2010 - Trenzas y Cables de Acero vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-428/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Trenzas y Cables de Acero PSC, SL (Santander, Spanja) (rappreżentanti: E. González Díaz u A. Tresandí Blanco, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla, skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej C(2010) 4387 finali,tat-30 ta' Ġunju 2010, fil-Każ COMP/38344 - Azzar użat għall-prestressing;

sussidjarjament, tannulla jew tnaqqas, skont l-Artikolu 261 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-ammont tal-multa imposta skont l-imsemmija deċiżjoni, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata f'dawn il-proċeduri hija l-istess bħal fil-Kawża T-426/10, Moreda Rivière Trefilerías vs Il-Kummissjoni.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk imqajma f'din il-kawża.

Ir-rikorrenti takkuża lill-Kummissjoni bi żball ta' fatt u ta' liġi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE fir-rigward tal-attribuzzjoni lil TYCSA KPS tar-responsabbiltà għal ksur allegat ta' dan l-imsemmi artikolu sa fejn il-Kummissjoni tattribwixxi lil TYCSA PSC responsabbiltà għall-aġir deskritt fid-deċiżjoni bħala membru allegat ta' entità ekonomika kkostitwita minn entitajiet ġuridici differenti (GSW, KT, MRT u t-TYCSA PSC stess) mit-30.11.1992 sad-19.09.2002.

____________