Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2013 – Spar Österreichische Warenhandels vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-405/08) 1

(“Kompetizzjoni – Konċentrazzjonijiet – Swieq tal-kummerċ ta’ prodotti ta’ konsum frekwenti – Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern – Impenji – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Dritt għal smigħ – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Spar Österreichische Warenhandels AG (Salzburg, l-Awstrija) (rappreżentanti: inizjalment A.-H. Bischke, S. Brack u D. Bräunlich, sussegwentement A. H.-Bischke u D. Bräunlich, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Noë, N. Von Lingen u O. Weber, sussegwentament S. Noë u N. von Lingen, aġenti, assistiti minn M. Buntscheck, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Billa AG (Wiener Neudorf, l-Awstrija) (rappreżentanti: H. Wollmann, G. Drauz u F. Urlesberger, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-23 ta’ Ġunju 2008, li tiddikjara l-operazzjoni ta’ konċentrazzjoni li permezz tagħha Billa AG kisbet il-kontroll esklużiv ta’ Adeg österreich Handels AG kompatibbli mas-suq komuni (Każ COMP/M.5047 – REWE/ADEG), bla ħsara għall-osservanza tal-impenji proposti, skont l-Artikolu 6(1)(b) u 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-20 ta’ Jannar 2004, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kaptiolu 8, Vol. 3, p. 40).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Spar Österreichische Warenhandels AG hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Billa AG.

____________

1 ĠU C 6, 10.01.2009.