Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ġunju 2013 – Fluorsid u Minmet vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-404/08) 1

“Kompetizzjoni Akkordji Suq dinji tal-fluworidu tal-aluminju Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE Rikors għal annullament Terminu tar-rikors Tardività Inammissibbiltà Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-swieq Prova tal-ksur Drittijiet tad-difiża Definizzjoni tas-suq inkwistjoni Multi Gravità tal-ksur Linji gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-multi”

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Fluorsid SpA (Assemini, l-Italja); u Minmet financing Co. (Lausanne, l-Isvizzera) (rappreżentanti: L. asques u F. Perego, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, C. Cattabriga u K. Mojzesowicz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3043, tal-25 ta’ Ġunju 2008, dwar proċedimenti skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (COMP/39.180 — Fluworidu tal-aluminju), li jikkonċernaw akkordju fuq is-suq dinji tal-fluworidu tal-aluminju dwar l-iffissar tal-prezzijiet u t-tqassim tas-swieq fuq livell dinji, kif ukoll, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Fluorsid SpA u Minmet financing Co. huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1     ĠU C 301, 22.11.2008.