Language of document : ECLI:EU:T:2013:306





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2013 — Spar Österreichische Warenhandels vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑405/08)

“Kompetizzjoni — Konċentrazzjonijiet — Swieq tal-kummerċ ta’ prodotti ta’ konsum frekwenti — Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern — Impenji — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Dritt għal smigħ — Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Konċentrazzjonijiet bejn impriżi — Eżami mill-Kummissjoni — Adozzjoni ta’ deċiżjoni li tikkonstata l-kompatibbiltà ta’ operazzjoni ta’ konċentrazzjoni mas-suq komuni mingħajr il-ftuħ tat-tieni fażi — Kundizzjoni — Assenza ta’ dubji serji — Impenji tal-impriżi kkonċernati tali li jirrendu l-operazzjoni nnotifikata kompatibbli mas-suq komuni — Evalwazzjonijiet ta’ natura ekonomika — Marġni ta’ diskrezzjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Suġġett — Assenza ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004, Artikolu 6(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2001/C 68/03) (ara l-punti 46, 47, 179, 180, 186‑188)

2.                     Konċentrazzjonijiet bejn impriżi — Evalwazzjoni tal-kompatibbiltà mas-suq komuni — Kriterji — Ħolqien jew tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti li tostakola b’mod sinjifikattiv il-kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni — Pożizzjoni dominanti — Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004, Artikoli 2(3) u 6(1) u (2)) (ara l-punti 49, 50)

3.                     Konċentrazzjonijiet bejn impriżi — Eżami mill-Kummissjoni — Evalwazzjonijiet ta’ natura ekonomika — Setgħa diskrezzjonali ta’ evalwazzjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Portata — Limiti (Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004, Artikolu 2) (ara l-punti 50‑52, 143, 187)

4.                     Konċentrazzjonijiet bejn impriżi — Eżami mill-Kummissjoni — Evalwazzjoni tal-kompatibbiltà mas-suq komuni — Osservanza tal-linji gwida adottati mill-Kummissjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni fir-rigward tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-elementi msemmija fil-linji gwida — Eżami tal-livell ta’ konċentrazzjoni tas-suq (Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004, Artikolu 2; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2004/C 31/03, punti 14, 16 u 19 sa 21) (ara l-punti 58, 64-69, 274)

5.                     Konċentrazzjonijiet bejn impriżi — Evalwazzjoni tal-kompatibbiltà mas-suq komuni — Eżistenza ta’ pożizzjoni dominanti li tostakola l-kompetizzjoni effettiva — Prova — Partijiet kbar tas-suq (Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004, Artikolu 2; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2004/C 31/03, punt 17) (ara l-punti 59, 100, 107)

6.                     Konċentrazzjonijiet bejn impriżi — Evalwazzjoni tal-kompatibbiltà mas-suq komuni — Assenza ta’ ħolqien jew ta’ tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti li tostakola l-kompetizzjoni — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Preżenza ta’ kompetituri — Rilevanza li tiddependi fuq l-importanza tal-kompetituri (Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004, Artikolu 2) (ara l-punt 74)

7.                     Konċentrazzjonijiet bejn impriżi — Eżami mill-Kummissjoni — Eżami skont l-impatt proprju, fuq is-suq, tal-operazzjoni inkwistjoni — Deċiżjoni li tmur ħafna lil hinn mill-prassi deċiżjonali preċedenti — Motivazzjoni espliċita — Ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004, Artikolu 2; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2004/C 31/03, punt 12) (ara l-punti 99, 101, 133, 277)

8.                     Konċentrazzjonijiet bejn impriżi — Evalwazzjoni tal-kompatibbiltà mas-suq komuni — Suq inkwistjoni — Delimitazzjoni ġeografika — Kriterji — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti (Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004, Artikolu 9(7); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 97/C 372/03, punt 8) (ara l-punti 116‑118)

9.                     Konċentrazzjonijiet bejn impriżi — Eżami mill-Kummissjoni — Teħid inkunsiderazzjoni tal-informazzjoni pprovduta mill-partijiet fil-konċentrazzjoni — Ammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004) (ara l-punti 126, 127, 151, 160)

10.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni ta’ applikazzjoni tar-regoli fil-qasam tal-konċentrazzjonijiet bejn impriżi — Deċiżjoni li tawtorizza operazzjoni ta’ konċentrazzjoni (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004) (ara l-punti 268, 269, 278)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-23 ta’ Ġunju 2008, li tiddikjara l-operazzjoni ta’ konċentrazzjoni li permezz tagħha Billa AG kisbet il-kontroll esklużiv ta’ Adeg Österreich Handels AG kompatibbli mas-suq komuni (Każ COMP/M.5047 — REWE/ADEG), bla ħsara għall-osservanza tal-impenji proposti, skont l-Artikolu 6(1)(b) u 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-20 ta’ Jannar 2004, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Spar Österreichische Warenhandels AG hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Billa AG.