Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat‑3 ta’ Lulju 2018 – Keramag Keramische Werke et vs Il‑Kummissjoni
(Kawżi magħquda T‑379/10 RENV u T‑381/10 RENV)
“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Franċiż tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Parteċipazzjoni fl-akkordju ta’ ċerti entitajiet – Evalwazzjoni mill-ġdid tal-provi”
1. Proċedura ġudizzjarja – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li torbot lill-Qorti Ġenerali – Kundizzjonijiet – Rinviju konsegwenti għal appell – Punti ta’ liġi maqtugħin definittivament mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-appell – Awtorità ta’ res judicata – Portata
(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 61; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 215)
(ara l-punti 26 u 27)
2. Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur – Modalità ta’ prova – Provi dokumentali – Evalwazzjoni tal-valur probatorju ta’ dokument – Kriterji
(Artikolu 101(1) TFUE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2002/C 45/03)
(ara l-punti 47, 49, 52 u 58)
3. Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur – Modalità ta’ prova – Użu ta’ sensiela ta’ indizji – Grad ta’ saħħa probatorja neċessarja fir-rigward tal-indizji kkunsidrati individwalment – Ammissibbiltà tal-evalwazzjoni globali ta’ sensiela ta’ indizji
(Artikolu 101(1) TFUE)
(ara l-punt 62)
4. Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur – Modalità ta’ prova – Provi dokumentali – Evalwazzjoni tal-valur probatorju ta’ dokument – Kriterji – Dokument redatt b’konnessjoni mill-qrib mal-fatti jew minn xhud dirett ta’ dawk il-fatti – Valur probatorju għoli
(Artikolu 101 TFUE)
(ara l-punt 63)
Suġġett
| Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 final tat‑23 ta’ Ġunju 2010 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39092 – Installazzjonijiet sanitarji għal kmamar tal-banju), u, min-naħa l-oħra, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti f’dik id-deċiżjoni. |
Dispożittiv
2) | | Keramag Keramische Werke GmbH u r-rikorrenti l-oħrajn li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-Kawżi C‑613/13 P, T‑379/10 RENV u T‑381/10 RENV. |