Rikors ippreżentat fis-6 ta' Settembru 2010 - Preparados Alimenticios vs UASI - Rila Feinkost-Importe (Jambo Afrika)
(Kawża T-377/10)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Preparados Alimenticios, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: D. Pellisé Urquiza, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Rila Feinkost-Importe GmbH & Co. KG (Stemwede-Levern, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-9 ta' Ġunju 2010 fil-Każ R 1144/2009-1;
tiddikjara din il-kawża bħala ammissibbli u ġustifikata; u
tiddikjara li l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja kkontestata ma għandhiex tiġi milqugħa.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "Jambo Afrika", għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 33
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-registrazzjonijiet Spanjoli Nru 2573221, Nru 2573219 u Nru 2573216 għat-trade mark figurattiva "JUMBO", għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30; ir-reġistrazzjoni Komunitarja Nru 2217404 għat-trade mark figurattiva "JUMBO CUBE", għal prodotti fil-klassi 29; ir-reġistrazzjoni Komunitarja Nru 2412823 għat-trade mark figurattiva "JUMBO MARINADE", għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30; ir-reġistrazzjoni Komunitarja Nru 2413391 għat-trade mark figurattiva "JUMBO NOKKOS", għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30; ir-reġistrazzjonijiet Komunitarji Nru 2413581, Nru 2423275, Nru 2970754, Nru 3246139, Nru 3754462 u Nru 4088761 għat-trade mark figurattiva "JUMBO" għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa għal parti mill-prodotti kkontestati
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell eskluda l-probabbiltà ta' konfużjoni.
____________