Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2024 – Porczyńska vs EUIPO – GAP (ITM) (gappol)

(Kawża T-44/24)

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Marzena Porczyńska (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: P. Matyjek, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: GAP (ITM), Inc. (San Francisco, California, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “gappol” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 15 218 092

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Diċembru 2023 fil-Każ R 634/2023-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjonijiet mogħtija fl-ewwel u fit-tieni istanza b’mod sħiħ u tagħlaq il-proċedura; jew, sussidjarjament:

tbiddel id-deċiżjoni kkontestata billi tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati mogħtija fit-tieni u fl-ewwel istanza u tiċħad it-talba mressqa minn GAP b’mod sħiħ; jew, iktar sussidjarjament:

tannulla b’mod sħiħ id-deċiżjonijiet ikkontestati mogħtija fit-tieni u fl-ewwel istanza u tibgħat lura l-kawża quddiem l-EUIPO għal rieżami fl-ewwel istanza;

tkun xi tkun id-deċiżjoni fuq il-mertu, tikkundanna lil GAP għall-ispejjeż, b’mod partikolari l-ispejjeż tal-avukat, lil Marzena Porczyńska.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) u mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 62(1) u (3)m tal-Artikolu 109(1) u tal-Artikolu 120(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Ksur tal-Artikolu 64(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2018/625.

____________