Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Diċembru 2020 – Industriegewerkschaft Metall (IG Metall) u ver.di - Vereinte Dienstleistungsgewerkschaft

(Kawża C-677/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Industriegewerkschaft Metall (IG Metall), ver.di - Vereinte Dienstleistungsgewerkschaft

Konvenuti: SAP SE, SE-Betriebsrat der SAP SE, Konzernbetriebsrat der SAP SE, Deutscher Bankangestellten-Verband e. V., Christliche Gewerkschaft Metall (CGM), Verband angestellter Akademiker und leitender Angestellter der chemischen Industrie e. V.

Domanda preliminari

L-Artikolu 21(6) tal-Gesetz über die Beteiligung der Arbeitnehmer in einer Europäischen Gesellschaft (il-Liġi dwar l-Involviment tal-Ħaddiema f’Kumpannija Ewropea), li jipprovdi li, fil-każ li tiġi kkostitwita SE (kumpannija Ewropea) permezz ta’ trasformazzjoni, stabbilita fil-Ġermanja, għandha tiġi żgurata proċedura ta’ selezzjoni separata għall-kandidati nnominati mis-sindakat, fir-rigward ta’ ċertu numru mill-membri tal-bord superviżorju li jirrappreżentaw lill-ħaddiema, huwa konformi mal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/86/KE tat-8 ta’ Ottubru 2001 li tissupplimenta l-Istatut għal kumpanija Ewropea rigward l-involviment tal-ħaddiema 1 ?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 272