Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Frar 2012 - Hassan vs Il-Kunsill

(Kawża T-572/11 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra s-Sirja - Iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta' urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Samir Hassan (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: É. Morgan de Rivery u E. Lagathu, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Kyriakopoulou u M. Vitsentzatos, aġenti)

Suġġett

Talba għall-miżuri provviżorji, b'mod partikulari, talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/515/PESK, tat-23 ta' Awwissu 2011, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 218, p. 20), u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 843/2011, tat-23 ta' Awwissu 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 218, p. 1), sa fejn dawn it-testi jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________