Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta' April 2012 - Hassan vs Il-Kunsill

(Kawża T-572/11 RII)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra s-Sirja - Iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi - Talba għal miżuri provviżorji - Talba ġdida- Fatti ġodda - Nuqqas - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Samir Hassan (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: É. Morgan de Rivery u E. Lagathu, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Kyriakopoulou u M. Vitsentzatos, aġenti)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji, b'mod partikulari, talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-miżuri restrittivi li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta kontra s-Sirja, sa fejn dawn il-miżuri jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________