Language of document : ECLI:EU:T:2014:682

Kawża T‑572/11

Samir Hassan

vs

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Rikors għal annullament — Adattament tat-talbiet — Tardività — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Dritt għall-proprjetà — Proporzjonalità — Talba għad-danni”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Lulju 2014

1.      Proċedura ġudizzjarja — Atti li jħassru u li jissostitwixxu lill-atti kkontestati matul il-proċedura — Talba għal emenda tat-talbiet għal annullament imressqa matul il-proċedura — Terminu għall-preżentata ta’ tali talba — Bidu tad-dekorrenza — Data ta’ komunikazzjoni tal-att il-ġdid lill-partijiet interessati

(is-sitt subparagrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/515/PESK, 2011/782/PESK, 2012/739/PESK, 2013/185/PESK u 2013/255/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 843/2011, Nru 36/2012 u Nru 363/2013)

2.      Rikors għal annullament — Termini — Bidu tad-dekorrenza — Att li jinvolvi miżuri restrittivi fir-rigward ta’ persuna jew ta’ entità — Att ippubblikat u kkomunikat lid-destinatarji — Data ta’ komunikazzjoni tal-att — Komunikazzjoni lill-persuna interessata permezz ta’ pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet — Impossibbiltà għall-Kunsill li jwettaq notifika

(is-sitt subparagrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/515/PESK, 2011/782/PESK, 2012/739/PESK, 2013/185/PESK u 2013/255/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 843/2011, Nru 36/2012 u Nru 363/2013)

3.      Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Projbizzjoni ta’ dħul u ta’ passaġġ kif ukoll iffriżar tal-fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet responsabbli mir-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili — Obbligu ta’ komunikazzjoni tal-provi kontra — Portata

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; Artikoli 41(2), u 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/515/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 843/2011)

4.      Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet tad-difiża — Dritt ta’ smigħ — Dritt għal rimedju xieraq u għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Projbizzjoni ta’ dħul u ta’ passaġġ kif ukoll iffriżar tal-fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet responsabbli mir-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili — Assenza ta’ komunikazzjoni tal-provi inkriminanti u nuqqas ta’ smigħ tal-imsemmija persuni u entitajiet — Ammissibbiltà

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; Artikoli 41(2), u 47; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/515/PESK, 2011/782/PESK, 2012/739/PESK, 2013/185/PESK u 2013/255/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 843/2011, Nru 36/2012 u Nru 363/2013)

5.      Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Projbizzjoni ta’ dħul u ta’ passaġġ kif ukoll iffriżar tal-fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet responsabbli mir-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Obbligu ta’ komunikazzjoni tar-raġunijiet individwali u speċifiċi li jiġġustifikaw tali miżuri — Portata — Metodi tal-komunikazzjoni

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; Artikoli 41(2), u 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 36/2012)

6.      Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Projbizzjoni ta’ dħul u ta’ passaġġ kif ukoll iffriżar tal-fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet responsabbli mir-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili — Deċiżjoni li tifforma parti minn kuntest magħruf tal-persuna interessata li tippermettilha tifhem il-portata tal-miżura adottat fir-rigward tagħha — Ammissibbiltà ta’ motivazzjoni sommarja

(Artikolu 296 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/273/PESK, 2011/515/PESK, 2011/522/PESK, 2011/782/PESK, 2013/185/PESK u 2013/255/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 843/2011, Nru 36/2012 u Nru 363/2013)

7.      Unjoni Ewropea — Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Portata tal-istħarriġ

(Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/515/PESK, 2011/782/PESK, 2013/185/PESK u 2013/255/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 843/2011, Nru 36/2012 u Nru 363/2013)

8.      Rikors għal annullament — Sentenza ta’ annullament — Effetti — Limitazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja — Miżuri restrittivi kontra ċerti persuni u entitajiet fir-rigward tas-sitwazzjoni fis-Sirja — Riskju ta’ ksur serju u irriversibbli għall-effettività ta’ kull iffriżar ta’ beni li jista’, fil-ġejjieni, jiġi deċiż mill-Kunsill kontra l-persuni kkonċernati mill-att annullat — Żamma tal-effetti tad-deċiżjonijiet u tar-regolamenti annullati sal-iskadenza tat-terminu għall-appell jew saċ-ċħid tiegħu

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 264 TFUE u 266 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 56, u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 60; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/515/PESK, 2011/782/PESK, 2013/185/PESK u 2013/255/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 843/2011, Nru 36/2012 u Nru 363/2013)

9.      Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Illegalità — Dannu — Rabta kawżali — Oneru tal-prova — Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet — Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

10.    Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Dannu reali u ċert — Oneru tal-prova — Kundizzjoni mhux sodisfatta

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 31-33, 37, 38)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 33, 37, 38)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 48, 49, 52-54, 57)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 52, 53)

5.      Meta l-Kunsill ikollu l-indirizz ta’ persuna milquta minn miżuri restrittivi, dan huwa marbut li jikkomunikalu l-atti li jinvolvu tali miżuri permezz ta’ notifika individwali. Madankollu, l-assenza ta’ notifika individwali ma timplikax neċessarjament l-annullament ta’ att jekk id-drittijiet ta’ din il-persuna, li saret rikorrent, huma mħarsa. Fil-fatt, meta l-Kunsill ikun naqas mill-obbligu tiegħu li jinnotifika individwalment att, iżda r-rikorrent kien jaf dwar l-att inkwistjoni u ppreżenta rikors fir-rigward tiegħu fit-termini, id-drittijiet tad-difiża tiegħu ma humiex affettwati, peress li kellu l-opportunità jiddefendi ruħu.

(ara l-punti 59-61)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 67-73, 78, 79)

7.      L-istħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-motivi li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni li jiġi inkluż jew li jinżamm l-isem ta’ persuna partikolari fil-lista ta’ persuni milquta mis-sanzjonijiet adottata fil-kuntest tal-politika barranija u ta’ sigurtà komuni jeħtieġ li l-istħarriġ ma jkunx limitat għall-evalwazzjoni tar-realtà astratta tal-motivi invokati, iżda jirrigwarda l-punt jekk dawn il-motivi, jew, għall-inqas wieħed minnhom ikkunsidrat bħala suffiċjenti fih innifsu sabiex isostni din l-istess deċiżjoni, humiex sostnuti. F’dan ir-rigward, huwa importanti li l-informazzjoni jew il-provi ppreżentati mill-awtorità kompetenti tal-Unjoni jsostnu l-motivi kkunsidrati kontra l-persuna kkonċernata. Jekk dawn l-elementi ma jippermettux li tiġi kkonstatata l-fondatezza ta’ motiv, il-qorti tal-Unjoni għandha tiċħdu minn bażi għad-deċiżjoni dwar inklużjoni jew żamma tal-inklużjoni inkwistjoni.

(ara l-punti 88, 89, 94)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 96, 98, 99, 101)

9.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 105, 106)

10.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 107, 108)