Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2014 – Tecalan vs UASI – Ensinger (TECALAN)

(Kawża T-100/14)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Tecalan GmbH (Grünberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Holthaus, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ensinger GmbH (Nufringen, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Diċembru 2013 fil-Każ R 2308/2012-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali TECALAN għal prodotti fil-klassi 17 (Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6 203 285)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ensinger GmbH

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali TECADUR għal prodotti fil-klassi 17

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009