Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2015 – Deutsche Post vs UASI – PostNL Holding (TPG POST)

(Kawża T-102/14) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TPG POST – Trade marks verbali nazzjonali u Komunitarji preċedenti POST u Deutsche Post – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Post AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Hamacher u C. Giersdorf, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider u S. Hanne, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: PostNL Holding BV (Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 2108/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn PostNL Holding BV u Deutsche Post AG.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Deutsche Post AG hija kkundannata għall-ispejjeż.