Language of document :

Talba għal awtorizzazzjoni ta’ eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ qbid imressqa fid-9 ta’ Frar 2015 – ANKO AE vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-2/15)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias (rappreżentant: B. Christianos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tawtorizza lill-“ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias” teffettwa l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ qbid ta’ oġġetti tal-Kummissjoni fil-Greċja, sabiex tissoddisfa t-talba għas-somma ta’ EUR  6 752.74 kif ukoll l-interessi moratorji mit-12 ta’ Awwissu 2010 u sal-ħlas sħiħ u komplut, b’rata tal-1%.tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.