Language of document : ECLI:EU:C:2013:611





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Settembru 2013 — Il-Kummissjoni vs Il-Portugall

(Kawża C‑450/11)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Tassazzjoni — VAT — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 306 sa 310 — Skema speċjali għall-aġenziji tal-ivvjaġġar — Diverġenzi bejn verżjonijiet lingwistiċi — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-applikazzjoni tal-iskema speċjali għal persuni oħra għajr il-vjaġġaturi — Kunċetti ta’ ‘vjaġġatur’ u ta’ ‘klijent’”

1.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Interpretazzjoni — Testi plurilingwi — Diverġenzi bejn id-diversi verżjonijiet lingwistiċi — Teħid inkunsiderazzjoni tal-istruttura u tal-iskop tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni (ara l-punti 47, 48)

2.                     Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Skema speċjali għall-aġenziji tal-ivvjaġġar — Għan — Approċċ ibbażat fuq il-klijent — Assenza ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Approċċ ibbażat fuq il-vjaġġatur — Nuqqas ta’ konformità mal-iskema speċjali għall-aġenziji tal-ivvjaġġar (Direttivi tal-Kunsill 77/388, Artikolu 26(2) sa (4), u 2006/112, Artikoli 306 sa 310) (ara l-punti 50-52, 60)

3.                     Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Skema speċjali għall-aġenziji tal-ivvjaġġar — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-applikazzjoni tal-iskema speċjali għal persuni oħra għajr il-vjaġġaturi — Aġenziji tal-ivvjaġġar li japplikaw l-imsemmija skema bħala intermedjarji (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 306(1), subparagrafu 2) (ara l-punt 59)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 306 sa 310 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-applikazzjoni tal-iskema speċjali ta’ tassazzjoni għall-aġenziji tal-ivvjaġġar għat-tranżazzjonijiet imwettqa minnhom favur benefiċjarji li ma humiex il-vjaġġaturi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mir-Repubblika Portugiża.

3)

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Polonja u r-Repubblika tal-Finlandja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.