Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus - il-Finlandja) – proċedura mibdija minn K Oy

(Kawża C-219/13)1

Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 98(2) – Il-punt 6 tal-Anness III – Rata mnaqqsa tal-VAT applikabbli unikament għall-kotba stampati – Kotba fuq mezzi materjali oħra barra l-karta suġġetti għar-rata normali tal-VAT – Newtralità fiskali

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

K Oy

Dispożittiv

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 98(2) u l-punt 6 tal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, .kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2009/47/KE, tal-5 ta’ Mejju 2009, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux, sakemm il-prinċipju ta’ newtralità fiskali inerenti għas-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud ikun osservat, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-kotba ppubblikati fuq il-karta għal rata mnaqqsa tat-taxxa fuq il-valur miżjud u l-kotba li huma ppubblikati fuq mezzi materjali oħra, bħas-CD, is-CD-ROM jew l-istikek tal-memorja USB, għar-rata normali ta’ din it-taxxa.

____________

1 ĠU C 178, 22.06.2013