Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-23 ta’ Diċembru 2020 – Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid vs C, B

(Kawża C-704/20)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

Konvenuti: C, B

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod iktar partikolari l-Artikolu 15(2) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (iktar ’il quddiem, id-“Direttiva Ritorn”) 1 u l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (iktar ’il quddiem id-“Direttiva Akkoljenza”) 2 , moqrija flimkien mal-Artikolu 6 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2007, C 303, p. 1), jobbligaw lill-qorti tipproċedi bi stħarriġ ex officio fis-sens li hija marbuta tevalwa fuq inizjattiva tagħha stess (ex officio) jekk il-kundizzjonijiet kollha tad-detenzjoni ġewx issodisfatti, b’mod partikolari l-kundizzjonijiet li l-ksur tagħhom ma ġiex invokat miċ-ċittadin barrani, minkejja li huwa kellu effettivament il-possibbiltà li jagħmel dan?

____________

1     ĠU 2008, L 348, p. 98.

2     ĠU 2013, L 180, p. 96.