Language of document : ECLI:EU:T:2013:311





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2013 — MPDV Mikrolab vs UASI (Lean Performance Index)

(Kawża T‑598/11)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Lean Performance Index — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott — Trade mark verbali Lean Performance Index (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 14, 29, 45, 46)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 18, 19)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Eżami tar-raġunijiet għal rifjut fir-rigward ta’ kull wieħed mill-prodotti jew servizzi koperti mill-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni ta’ rifjut ta’ reġistrazzjoni — Portata (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1) u 75) (ara l-punti 32, 33)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Settembru 2011 (Każ R 131/2011‑1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Lean Performance Index bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

MPDV Mikrolab GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.