Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-28 ta’ Marzu 2023 – Autorità di regolazione dei trasporti vs Lufthansa Linee Aeree Germaniche et

(Kawża C-204/23, Lufthansa Linee Aeree Germaniche et)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Autorità di regolazione dei trasporti

Konvenuti: Lufthansa Linee Aeree Germaniche, Austrian Airlines AG, Brussels Airlines SA/NV, Swiss International Air Lines Ltd, Lufthansa Cargo AG

Domandi preliminari

L-Artikolu 11(5) tad-Direttiva 2009/12/KE tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-imposti tal-ajruporti 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-finanzjament tal-Awtorità għandu jsir biss permezz tal-impożizzjoni ta’ taxxi ajurportwali jew dan ma jistax isir lanqas permezz ta’ forom oħra ta’ finanzjament bħall-impożizzjoni ta’ kontribuzzjoni (il-Kulleġġ iqis li l-ġbir tas-somom intiżi għall-finanzjament tal-Awtorità permezz ta’ dazji huwa sempliċi għażla għall-Istati Membri)?

Id-dazji jew il-kontribuzzjoni li jistgħu jiġu imposti għall-finanzjament tal-awtorità superviżorja skont l-Artikolu 11(5) tad-Direttiva 2009/12 għandhom jirrigwardaw biss servizzi u spejjeż speċifiċi – fi kwalunkwe każ mhux indikati fid-Direttiva – jew il-korrelazzjoni tagħhom mal-ispejjeż ta’ operazzjoni tal-Awtorità hekk kif jirriżultaw mill-kontijiet mibgħuta u awditjati minn awtorità pubblika ma hijiex biżżejjed?

L-Artikolu 11(5) tad-Direttiva 2009/12 għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dazji jistgħu jiġu imposti biss fuq persuni residenti jew ikkostitwiti skont id-dritt tal-Istat li stabbilixxa l-Awtorità, u dan jista’ japplika wkoll fil-każ ta’ kontribuzzjonijiet imposti għall-operazzjoni tal-Awtorità?

____________

1 ĠU 2009, L 70, p. 11.