Rikors ippreżentat fit-30 ta' Marzu 2010 - Meda Pharma vs UASI - Nycomed (ALLERNIL)
(Kawża T-147/10)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Meda Pharma GmbH & Co. KG (Bad Homburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Nycomed GmbH (Konstanz, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell, tad-29 ta' Settembru 2009, fil-Każ R 697/2007-4 dwar l-oppożizzjoni mressqa abbażi tat-trade mark Ġermaniża Nru 1 042 583, "ALLERGODIL", kontra l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 4 066 452, "ALLERNIL";
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Nycomed GmbH
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "ALLERNIL" għal prodotti fil-klassi 5 (Applikazzjoni Nru 4 066 452)
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Ġermaniża Nru 1 042 583 "ALLERGODIL" għal prodotti fil-klassi 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009
1, sa fejn il-prinċipji tad-dritt dwar it-trade marks ma ġewx applikati b'mod korrett;
ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 minħabba ksur tal-obbligu ta' motivazzjoni.
____________1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).