Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fil-21 ta’ Diċembru 2023 – Česká síť s. r. o. vs Odvolací finanční ředitelství

(Kawża C-796/23, Česká síť)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Česká síť s. r. o.

Konvenut: Odvolací finanční ředitelství

Domanda preliminari

Is-sitwazzjoni fejn, bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali speċjali fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud applikabbli għal “kumpanniji” (assoċjazzjonijiet ta’ persuni mingħajr personalità ġuridika), il-persuna msejħa “soċju delegat” tkun responsabbli għall-ħlas tal-VAT għall-“kumpannija” kollha, minkejja li soċju ieħor ikun innegozja mal-klijent finali għall-provvista ta’ servizzi, hija konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE 1 ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, b’mod partikolari mal-Artikolu 9(1) u mal-Artikolu 193 tagħha?

Il-konformità ta’ din is-sitwazzjoni mad-Direttiva 2006/112 tiddependi mill-fatt li dan is-soċju l-ieħor ikun naqas milli jsegwi r-regoli li japplikaw għall-atti li jikkonċernaw in-negozju tal-“kumpannija” u jkun innegozja mal-klijent finali f’ismu proprju?

____________

1     ĠU 2006, L 347, p. 1.