Language of document : ECLI:EU:T:2016:320

Kawżi magħquda T‑479/11 u T‑157/12

Ir-Repubblika Franċiża

u

IFP Énergies nouvelles

vs

Il‑Kummissjoni Ewropea

“Għajnuna mill-Istat – Tiftix għaż-żejt – Garanzija impliċita u illimitata tal-Istat mogħtija lill-Institut français du pétrole (IFP) permezz tal-għoti tal-istatus ta’ stabbiliment pubbliku ta’ natura industrijali u kummerċjali (EPIC) – Vantaġġ – Preżunzjoni ta’ vantaġġ”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ Mejju 2016

1.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Għoti ta’ vantaġġ lill-benefiċjarji – Garanzija tal-Istat favur impriża mhux suġġetta għall-proċeduri ordinarji ta’ amministrazzjoni u ta’ stralċ – Prova tal-eżistenza ta’ vantaġġ li taqa’ fuq il-Kummissjoni – Evalwazzjoni fid-dawl tal-elementi rilevanti kollha – Vantaġġ li jimmaterjalizza ruħu fir-relazzjonijiet bejn l-impriża benefiċjarja tal-imsemmija garanzija u l-kredituri tagħha

(Artikolu 107(1) TFUE)

2.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Għoti ta’ vantaġġ lill-benefiċjarji – Garanzija tal-Istat favur impriża mhux suġġetta għall-proċeduri ordinarji ta’ amministrazzjoni u ta’ stralċ – Prova tal-eżistenza ta’ vantaġġ li taqa’ fuq il-Kummissjoni – Raġunament purament ipotetiku – Raġunament li ma jissodisfax l-oneru tal-prova

(Artikolu 107(1) TFUE)

3.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Proċedura amministrattiva – Obbligi tal-Kummissjoni – Eżami diliġenti u imparzjali – Teħid inkunsiderazzjoni tal-iktar elementi konkreti u affidabbli possibbli – Portata tal-obbligu

(Artikolu 108(2) TFUE)

4.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura legali – Interpretazzjoni bbażata fuq elementi oġġettivi – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata

(Artikolu 107(1) TFUE)

5.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Regolarizzazzjoni ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni fil-mori tal-kawża – Inammissibbiltà

(Artikolu 296 TFUE)

6.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Għoti ta’ vantaġġ lill-benefiċjarji – Neċessità li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-effetti ta’ miżura sabiex jiġi ddeterminat il-vantaġġ tal-benefiċjarju

(Artikolu 107(1) TFUE)

7.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Għoti ta’ vantaġġ lill-benefiċjarji – Garanzija tal-Istat favur impriża mhux suġġetta għall-proċeduri ordinarji ta’ amministrazzjoni u ta’ stralċ – Prova tal-eżistenza ta’ vantaġġ permezz ta’ preżunzjoni ta’ titjib fil-pożizzjoni finanzjarja ta’ din l-impriża – Limiti

(Artikolu 107(1) TFUE)

8.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Eżami ta’ skema ta’ għajnuna meħuda fil-globalità tagħha – Ammissibbiltà – Eżami tal-karatteristiċi ġenerali ta’ għajnuna mogħtija abbażi ta’ skema ta’ għajnuna u li għandha tiġi nnotifikata – Inammissibbiltà

(Artikolu 108 TFUE)

9.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Għoti ta’ vantaġġ lill-benefiċjarji – Garanzija tal-Istat favur impriża mhux suġġetta għall-proċeduri ordinarji ta’ amministrazzjoni u ta’ stralċ – Prova tal-eżistenza ta’ vantaġġ permezz ta’ preżunzjoni ta’ titjib fil-pożizzjoni finanzjarja ta’ din l-impriża – Konfutazzjoni tal-imsemmija preżunzjoni

(Artikolu 107(1) TFUE)

1.      Il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, jinkludi mhux biss benefiċċji pożittivi, iżda wkoll l-interventi li, taħt forom differenti, itaffu l-ispejjeż li normalment ikunu ta’ piż għall-baġit ta’ impriża u li, mingħajr ma huma sussidji fit-tifsira stretta tal-kelma, huma tal-istess natura u għandhom effetti identiċi. Huma wkoll ikkunsidrati bħala għajnuna l-interventi kollha mill-Istat li, taħt kwalunkwe forma, jistgħu jiffavorixxu direttament jew indirettament lil impriżi jew li għandhom jitqiesu li huma vantaġġ ekonomiku li l-impriża benefiċjarja ma kinitx tikseb f’kundizzjonijiet normali tas-suq.

Sabiex jiġi evalwat jekk l-impriża benefiċjarja tirċevix vantaġġ ekonomiku li ma kinitx tikseb f’kundizzjonijiet normali tas suq, il Kummissjoni għandha tagħmel analiżi kompleta tal-elementi rilevanti kollha tat-tranżazzjoni kkontestata u tal-kuntest tagħha, inkluż tas sitwazzjoni tal-impriża benefiċjarja u tas-suq ikkonċernat.

F’dan ir-rigward, il-metodu li l-Kummissjoni għażlet sabiex tistabbilixxi l-eżistenza, għal stabbiliment pubbliku ta’ riċerka, ta’ vantaġġ ekonomiku li minnu bbenefika minħabba l-istatus ta’ stabbiliment pubbliku ta’ natura industrijali u kummerċjali li jibbenefika minn garanzija impliċita u illimitata tal-Istat, li jikkonsisti fl-eżami tal-vantaġġ imnissel fir-relazzjonijiet bejn l-imsemmi stabbiliment u l-kredituri tiegħu, ma huwiex żbaljat fid-dritt.

Fil-fatt, il-vantaġġ li jirriżulta minn garanzija tal-Istat inerenti fl-istatus tal impriża li hija l-benefiċjarja tagħha jimmaterjalizza ruħu fir-relazzjoni li torbot lil din l-impriża mal-kredituri tagħha. Sabiex ikun jista’ jiġi konkluż li jeżisti vantaġġ f’każ partikolari, jeħtieġ madankollu li t-trattament iktar favorevoli li l-kredituri jagħtu lill-impriża benefiċjarja tal-garanzija kif ukoll l-ispejjeż u l-prodotti ta’ din l impriża li jitnaqqsu jew jiżdiedu b’dan it-trattament jiġu stabbiliti billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-elementi kollha rilevanti tat-tranżazzjoni kkontestata u tal-kuntest tagħha, inkluż tas-sitwazzjoni tal-impriża benefiċjarja u tas-suq ikkonċernat.

(ara l-punti 70, 71, 82, 83, 87, 88)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 71, 94‑108, 114, 115)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 72)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 73‑75)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 126, 130)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 129)

7.      Għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat, fis-sentenza tat-3 ta’ April 2014, Franza vs Il‑Kummissjoni, C‑559/12 P, l-eżistenza ta’ preżunzjoni sempliċi li l-għoti ta’ garanzija impliċita u illimitata tal-Istat favur impriża li ma kinitx suġġetta għall-proċeduri ordinarji ta’ amministrazzjoni u ta’ stralċ kien iwassal għal titjib fil-pożizzjoni finanzjarja tagħha permezz ta’ tnaqqis tal-ispejjeż li, normalment, kienu imposti fuq il-baġit tagħha, il-possibbiltà li tintuża preżunzjoni bħala mezz ta’ prova tiddependi mill-plawżibbiltà tal-ipoteżijiet li fuqhom din tkun ibbażata.

F’dan ir-rigward, il-preżunzjoni stabbilita fis-sentenza ċċitata iktar ’il fuq hija bbażata fuq il-premessa doppja, li l-plawżibbiltà tagħha hija aċċettata mill-Qorti tal-Ġustizzja, li skontha, minn naħa, l-eżistenza ta’ garanzija tal-awtoritajiet pubbliċi ta’ Stat Membru għandha influwenza favorevoli fuq l-evalwazzjoni mill-kredituri tar-riskju ta’ inadempjenza tal-benefiċjarju ta’ din il-garanzija u, min-naħa l-oħra, din l-influwenza favorevoli tfisser tnaqqis tal-prezz tal-kreditu. Min-naħa l-oħra, il-plawżibbiltà tal-ipoteżi invokata mill-Kummissjoni, li skontha l-influwenza favorevoli tal-eżistenza ta’ garanzija tal-awtoritajiet pubbliċi ta’ Stat Membru fuq l-evalwazzjoni mill-kredituri tar-riskju ta’ inadempjenza tal-benefiċjarju ta’ din il garanzija tfisser tnaqqis tal-prezzijiet mogħtija lill-imsemmi benefiċjarju mill-fornituri tiegħu, ma tapplikax minnha nnifisha.

Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni ma tistax tibbaża ruħha fuq l-imsemmija preżunzjoni sempliċi stabbilita mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza ċċitata iktar ’il fuq sabiex tistabbilixxi l-eżistenza ta’ vantaġġ fir-relazzjonijiet bejn, minn naħa, stabbiliment pubbliku ta’ riċerka li jibbenefika minn garanzija impliċita u illimitata tal-Istat u, min-naħa l-oħra, il-fornituri tiegħu u l-klijenti tiegħu, sa fejn l-applikazzjoni ta’ din il-preżunzjoni hija limitata għar-relazzjonijiet li jinvolvu tranżazzjoni ta’ finanzjament, self jew, b’mod iktar wiesa’, kreditu min-naħa tal-kreditur ta’ tali stabbiliment pubbliku, b’mod partikolari r-relazzjonijiet bejn dan l-istabbiliment u l-istituzzjonijiet bankarji u finanzjarji.

(ara l-punti 136‑139, 142, 160)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 165‑173)

9.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 187‑195)