Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Novembru 2011 - Becker Flugfunkwerk vs UASI - Harman Becker Automotive Systems (BECKER AVIONIC SYSTEMS)

(Kawża T-263/08) 

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Becker Flugfunkwerk GmbH (Rheinmünster, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Griebenow, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Harman Becker Automotive Systems GmbH (Karlsbad, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta' April 2008, (Każ R 398/2007-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Harman Becker Automotive Systems GmbH u Becker Flugfunkwerk GmbH.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-konvenut.

____________

1 - ĠU C 223, 30.08.2008.