Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2018 – CB vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-619/11) 1

[“Għajnuna mill-Istat – Leġiżlazzjoni fiskali Ġermaniża dwar it-trasferiment tat-telf għas-snin fiskali futuri (Sanierungsklausel) – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Annullament tal-att ikkontestat mill-Qorti tal-Ġustizzja– Tmiem tal-iskop tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: CB (rappreżentanti: inizjalment T. Hackemann u H. Horstkotte, T. Hackemann u F. von Bredow, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment R. Lyal, T. Maxian Rusche, M. Adam u M. Noll-Ehlers, sussegwentement R. Lyal, T. Maxian Rusche u M. Noll-Ehlers u fl-aħħar R. Lyal, T. Maxian Rusche u K. Blanck, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: inizjalment T. Henze, K. Petersen u R. Kanitz, sussegwentement T. Henze, R. Kanitz u K. Stranz u fl-aħħar T. Henze, R. Kanitz u S. Eisenberg, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/527/UE, tas-26 ta’ Jannar 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat C 7/10 (ex CP 250/09 u NN 5/10) skont il-klawżola ta’ ristrutturazzjoni prevista mil-Liġi dwar it-Taxxa fuq il-Kumpanniji (“KStG, Sanierungsklausel”) (ĠU 2011, L 235, p. 26).

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn CB.

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 39, 11.2.2012.