Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 4 ta’ Lulju 2014 – Construcción, Promociones e Instalaciones vs UASI – Copisa Proyectos y Mantenimientos Industriales (CPI COPISA INDUSTRIAL)

(Kawża T-345/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva CPI COPISA INDUSTRIAL – Trade mark Spanjola figurattiva preċedenti Cpi construcción promociones e instalaciones, s.a. u isem kummerċjali preċedenti Construcción, Promociones e Instalaciones, S.A.-C.P.I. – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Assenza ta’ prova tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti – Assenza ta’ prova tal-użu fil-kummerċ tal-isem kummerċjali preċedenti”]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Construcción, Promociones e Instalaciones, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Seijo Veiguela u J. L. Rivas Zurdo, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Copisa Proyectos y Mantenimientos Industriales, SA (L’Hospitalet de Llobregat, Spanja) (rappreżentant: T. González Martínez, avukat)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ April 2013 (Każ R 1935/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Construcción, Promociones e Instalaciones, SA, et Copisa Proyectos y Mantenimientos Industriales, SA.Dispożit

tivIr-rikors huwa miċħud.Construcción, Promociones e Instalaciones, SA, hija kkundannata għall-ispejjeż.