Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Settembru 2015 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-344/15 R R)

[“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet –Regolament (KE) Nru 1049/2001– Dokumenti trażmessi mill-awtoritajiet Franċiżi lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura prevista mid-Direttiva 98/34/KE – Oppożizzjoni minn Franza għall-iżvelar tad-dokumenti – Deċiżjoni li jingħata l-aċċess għal dokumenti lil terzi – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Urġenza – Fumus boni juris – Ibbilanċjar tal-interessi”]

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: F. Alabrune, G. de Bergues, D. Colas u F. Fize, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni GESTDEM 2014/6064, tal-21 ta’ April 2015, dwar talba konfermattiva ta’ aċċess għal dokumenti bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), li permezz tagħha l-Kummissjoni tat l-aċċess għal żewġ dokumenti li ħarġu mill-awtoritajiet Franċiżi li kienu ġew trażmessi lilha fil-kuntest tal-proċedura prevista mid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337).DispożittivHija s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea GESTDEM 2014/6064, tal-21 ta’ April 2015, dwar talba konfermattiva ta’ aċċess għal dokumenti bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, li permezz tagħha l-Kummissjoni tat l-aċċess għal żewġ dokumenti li ħarġu mill-awtoritajiet Franċiżi li kienu ġew trażmessi lilha fil-kuntest tal-proċedura prevista mid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi

proċedura g

ħall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi.L-ispejjeż huma rriżervati.

____________