Language of document : ECLI:EU:T:2017:164


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Marzu 2017 –
Bank Tejarat vs Il-Kunsill

(Kawża T-346/15)

“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi – Inklużjoni mill-ġdid ta’ isem ir-rikorrent fil-listi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Awtorità ta’ res judicata – Użu ħażin ta’ poter – Drittijiet fundamentali”

1.      Rikors għal annullament – Sentenza ta’ annullament – Effetti – Annullament parzjali ta’ regolament jew ta’ deċiżjoni li jelenka ċerta entità fil-lista ta’ persuni u entitajiet ikkonċernati mill-miżuri restrittivi kontra l-Iran –Obbligu li tittieħed deċiżjoni ġdida – Portata – Deċiżjoni li ma għandhiex neċessarjament tirriproduċi l-istess raġunijiet bħal dawk li jidhru fl-att annullat

(Artikolu 266 TFUE)

(ara l-punti 23-25)

2.      Rikors għal annullament – Sentenza ta’ annullament – Effetti – Obbligu li jiġu adottati miżuri ta’ eżekuzzjoni – Portata – Teħid inkunsiderazzjoni kemm tal-motivazzjoni kif ukoll tad-dispożittiv tas-sentenza

(Artikolu 266 TFUE)

(ara l-punt 35)

3.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Obbligu li jiġu kkomunikati r-raġunijiet individwali u speċifiċi li jiġġustifikaw id-deċiżjoni meħuda – Portata

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Regolamenti tal-Kunsill Nri. 267/2012 u 2015/549; Deċiżjoni tal-Kunsill 2015/556/PESK)

(ara l-punt 43)

4.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Rekwiżiti minimi

(Artikolu 296 TFUE; Regolamenti tal-Kunsill Nri. 267/2012 u 2015/549; Deċiżjoni tal-Kunsill 2015/556/PESK)

(ara l-punti 53-55)

5.      Rikors għal annullament – Motivi – Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Motiv distint minn dak li jirrigwarda l-legalità fil-mertu

(Artikoli 263 TFUE u 296 TFUE)

(ara l-punt 56)

6.      L-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Miżuri meħuda fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari – Portata tal-istħarriġ

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2015/556/PESK)

(ara l-punti 81, 82)

7.      Proċedura ġudizzjarja – Prova – Prova dokumentali  – Valur probatorju – Evalwazzjoni mill-qorti tal-Unjoni – Kriterji

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 64; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 85)

(ara l-punt 84)

8.      Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Sostenn għall-Gvern Iranjan  – Kunċett

(Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK u 2015/556/PESK)

(ara l-punti 122, 123)

9.      Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Projbizzjoni tax-xiri ta’ oġġetti u teknoloġiji ipprojbiti sabiex jintużaw fl-Iran – Kunċett – Xiri ta’ tagħmir u ta’ teknoloġiji ewlenin intiżi għas-setturi essenzjali tal-industrija taż-żejt u tal-gass naturali fl-Iran – Inklużjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikoli 8(1), u 23(2))

(ara l-punt 131)

10.    Rikors għal annullament – Motivi – Użu ħażin ta’ poter – Kunċett

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punt 138)

11.    Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Obbligu ta’ diliġenza – Portata

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41)

(ara l-punt 139)

12.    L-Unjoni Ewropea – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Natura ta’ dawn il-miżuri – Miżuri purament kawtelatorji – Assenza ta’ natura kriminali

(Artikolu 29 TUE; Artikolu 215(2) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012)

(ara l-punti 142, 143)

13.    Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Ksur tad-dritt għall-proprjetà u tad-dritt għar-rispett tar-reputazzjoni – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 17; Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012 ; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK, 2012/35/PESK u 2015/556/PESK)

(ara l-punti 148-150, 154-156, 160)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/556, tas-7 ta’ April 2015, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2015, L 92, p. 101), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2015/549, tas-7 ta’ April 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2015, L 92, p. 12), sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bank Tejarat huwa kkundannat għall-ispejjeż.