Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Settembru 2015 – Schönberger vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża F-14/12 RENV)

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Kawża mibgħuta lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wara annullament – Promozzjoni – Proċedura ta’ promozzjoni 2011 – Rifjut ta’ promozzjoni – Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

Lingwa tal-kawża: il-Germaniż

Partijiet

Rikorrent: Peter Schönberger (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: O. Mader, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Schäfer u Í. Ní Riagáin Düro, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD 13 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2011.DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestment infondat.Fil-Kawżi F-14/12 u F-14/12 RENV, P. Schönberger għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea.Fil-Kawża T-26/14 P, il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn P. Schönberger.

____________