Language of document : ECLI:EU:T:2016:376





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 – Al Matri vs Il-Kunsill

(Kawża T‑545/13)

“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija – Miżuri meħuda kontra persuni responsabbli għal approprjazzjoni indebita ta’ fondi pubbliċi u persuni u entitajiet assoċjati – Iffriżar ta’ fondi – Elenku ta’ persuni, entitajiet u organi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent – Bażi fattwali insuffiċjenti – Żball ta’ fatt – Żball ta’ liġi – Dritt għall-proprjetà – Libertà ta’ intrapriża – Proporzjonalità – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Proċedura ġudizzjarja – Deċiżjoni jew regolament li jissostitwixxi l-att ikkontestat fil-mori tal-kawża – Element ġdid – Estensjoni tat-talbiet u tal-motivi inizjali – Kundizzjoni – Interess ġuridiku – Emenda ta’ regolament dwar miżuri restrittivi kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija – Rikorrent mhux ikkonċernat mill-emenda msemmija – Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 84; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/72/PESK, 2013/409/PESK, 2014/49/PESK u 2015/157/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 101/2011, Nru 735/2013 u Nru 81/2014) (ara l-punti 37, 43, 44)

2.                     Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija – Iffriżar ta’ fondi tal-persuni implikati fl-approprjazzjoni indebita ta’ fondi pubbliċi u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi assoċjati magħhom – Portata tal-istħarriġ – Stħarriġ ristrett għar-regoli ġenerali – Stħarriġ li jestendi għall-evalwazzjoni tal-fatti u għall-verifika tal-provi għall-atti li japplikaw għal entitajiet speċifiċi (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/72/PESK, 2013/409/PESK, 2014/49/PESK u 2015/157/PESK ; Regolamenti tal-Kunsill Nru 101/2011, Nru 735/2013 u Nru 81/2014) (ara l-punti 48-51)

3.                     Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija – Iffriżar ta’ fondi tal-persuni implikati fl-approprjazzjoni indebita ta’ fondi pubbliċi u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi assoċjati magħhom – Portata tal-istħarriġ – Prova tal-fondatezza tal-miżura – Obbligu, tal-Kunsill, li jivverifika b’mod sistematiku l-provi prodotti mill-awtoritajiet ta’ pajjiż terz – Assenza (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41 u 47 ; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/72/PESK, 2013/409/PESK, 2014/49/PESK u 2015/157/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 101/2011, Nru 735/2013 u Nru 81/2014) (ara l-punti 57-59, 65-67, 76)

4.                     Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija – Iffriżar ta’ fondi tal-persuni implikati fl-approprjazzjoni indebita ta’ fondi pubbliċi u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi assoċjati magħhom – Natura ta’ dawn il-miżuri – Miżuri purament kawtelatorji – Assenza ta’ natura kriminali (Artikoli 21 u 29 TUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK, Artikolu 1(1), u premessi 1 u 2) (ara l-punti 62, 64)

5.                     Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija – Iffriżar ta’ fondi tal-persuni implikati fl-approprjazzjoni indebita ta’ fondi pubbliċi u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi assoċjati magħhom – Persuna responsabbli għal approprjazzjoni indebita ta’ fondi – Kunċett – Interpretazzjoni wiesgħa u awtonoma – Obbligu li tiżgura l-effett utli (Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/72/PESK, Artikolu 1(1), 2013/409/PESK, 2014/49/PESK u 2015/157/PESK) (ara l-punti 81-86)

6.                     Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija – Iffriżar ta’ fondi tal-persuni implikati fl-approprjazzjoni indebita ta’ fondi pubbliċi u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi assoċjati magħhom – Approprjazzjoni indebita ta’ fondi pubbliċi – Kunċett – Interpretazzjoni awtonoma u uniformi – Interpretazzjoni wiesgħa (Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/72/PESK, Artikolu 1(1), 2013/409/PESK, 2014/49/PESK u 2015/157/PESK) (ara l-punti 93-99)

7.                     Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija – Iffriżar ta’ fondi tal-persuni implikati fl-approprjazzjoni indebita ta’ fondi pubbliċi u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi assoċjati magħhom – Drittijiet tad-difiża – Komunikazzjoni tal-provi kontra – Deċiżjoni sussegwenti li żammet l-isem ta’ persuna fil-lista ta’ persuni suġġetti għal dawn il-miżuri – Ksur tad-dritt għal smigħ – Assenza (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 41 u 47; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/72/PESK, 2013/409/PESK, 2014/49/PESK u 2015/157/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 101/2011, Nru 735/2013 u Nru 81/2014) (ara l-punti 127-130, 132, 135)

8.                     Rikors għal annullament – Motivi – Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Motiv distint minn dak li jirrigwarda l-legalità fil-mertu (Artikolu 263 TFUE u 296 TFUE) (ara l-punti 134, 143, 147)

9.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija – Iffriżar ta’ fondi tal-persuni implikati fl-approprjazzjoni indebita ta’ fondi pubbliċi u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi assoċjati magħhom – Deċiżjoni li taqa’ f’kuntest magħruf mill-persuna kkonċernata li jippermettilha tifhem il-portata tal-miżura meħuda fil-konfront tagħha – Ammissibbiltà ta’ motivazzjoni sommarja – Limiti – Motivazzjoni li ma tistax tikkonsisti f’formulazzjoni ġenerali u sterjotipika (Artikolu 296 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/72/PESK, 2013/409/PESK, 2014/49/PESK u 2015/157/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 101/2011, Nru 735/2013 u Nru 81/2014) (ara l-punti 144-146, 148, 149)

10.                     Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija – Iffriżar ta’ fondi tal-persuni implikati fl-approprjazzjoni indebita ta’ fondi pubbliċi u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi assoċjati magħhom – Restrizzjoni tad-dritt għall-proprjetà u tad-dritt għall-eżerċizzju liberu ta’ attività ekonomika – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 16 u 17(1); Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/72/PESK, 2013/409/PESK, 2014/49/PESK u 2015/157/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 101/2011, Nru 735/2013 u Nru 81/2014) (ara l-punti 154-156, 160, 161, 163, 167, 168)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, p. 62), li ġiet implementata bid-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2013/409/PESK, tat-30 ta’ Lulju 2013 (ĠU L 204, p. 52), bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/49/PESK, tat-30 ta’ Jannar 2014 (ĠU L 28, p. 38), kif ukoll bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/157, tat-30 ta’ Jannar 2015 (ĠU L 26, p. 29) u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011, tal-4 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 31, p. 1), li ġie implementat bir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 735/2013, tat-30 ta’ Lulju 2013 (ĠU L 204, p. 23), bir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 81/2014, tat-30 ta’ Jannar 2014 (ĠU L 28, p. 2), u bir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 147/2015, tat-30 ta’ Jannar 2015 (ĠU L 26, p. 3), sa fejn dawn l-atti japplikaw għar-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Fahed Mohamed Sakher Al Matri għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.