Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2013 – ZZ vs SEAE

(Kawża F-53/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis u Abreu Caldas, avukati)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġi promoss għall-grad AD 12 abbażi tal-proċedura ta’ promozzjoni 2012.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tippromwovix lir-rikorrent għall-grad AD 12 abbażi tal-proċedura ta’ promozzjoni 2012;

jikkundanna lil SEAE għall-ispejjeż.