Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta' Ottubru 2011 - Aloe Vera of America vs UASI - Diviril (FOREVER)

(Kawża T-528/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aloe Vera of America, Inc. (Dallas, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Niebel u F. Kerl, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Diviril-Distribuidora de Viveres do Ribatejo, Lda (Alenquer, il-Portugall)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta' Awwissu 2011, fil-Każ R 742/2010-4; u

tikkundanna lill-konvenut u, skont il-każ, lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "FOREVER" għal prodotti fil-klassijiet 3, 5, 30, 31 u 32 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5617089

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Portugiża rreġistrata bin-numru 297697 tat-trade mark figurattiva "4 EVER", għal prodotti fil-klassi 32

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 sa fejn il-Bord tal-Appell naqas milli: (i) jevalwa b'mod korrett il-prova tal-użu prodotta mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell; (ii) jidentifika b'mod korrett id-differenzi għall-widna bejn it-trade marks kunfliġġenti; (iii) jidentifika b'mod korrett id-differenzi kunċettwali bejn it-trade marks kunfliġġenti; u (iv) jidentifika b'mod korrett id-differenzi viżivi bejn it-trade marks kunfliġġenti.

____________