Language of document : ECLI:EU:T:2014:1068





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2014 —
Heidrick & Struggles International vs UASI (THE LEADERSHIP COMPANY)


(Kawża T‑43/14)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali THE LEADERSHIP COMPANY — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz — Għan — Obbligu ta’ disponibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punt 17)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz — Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 18, 19)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz — Trade mark verbali THE LEADERSHIP COMPANY (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 23-28)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 338/2013‑2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali THE LEADERSHIP COMPANY bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Heidrick & Struggles International Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.