Language of document :

d:\documents\tra-doc\t-2016-0620\tra-doc-mt-req_comm-t-0620-2016-201608520-02_00.doc

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2016 – The Logistical Approach vs EUIPO - Idea Groupe (Idealogistic)

(Kawża T-620/16)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: The Logistical Approach BV (Uden, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: R. Milchior, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Idea Groupe (Montoir de Bretagne, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “Idealogistic” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 318 234

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-20 ta’ Ġunju 2016, fil-Każ R 1435/2015-4

Talbiet

prinċipalment, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

sussidjarjament, tirriforma d-deċiżjoni kkontestata sa fejn, b’mod żbaljat, ikkonfermat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad ir-reġistrazzjoni tat-trade mark 012318234 għas-servizzi “konsulenza fil-qasa tal-loġistika, bħall-għażla ta’ rotot, l-istabbiliment ta’ mħażen u l-għażla ta’ mezzi tat-trasport”;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________