Language of document : ECLI:EU:T:2017:293





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ April 2017 –
Dreimane vs Il-Kummissjoni

(Kawża T618/16)

“Rikors għal annullament u għad-danni – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Pensjonijiet – Trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni nazzjonali – Kalkolu tas-snin ta’servizz pensjonabbli – Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal – Terminu – Inammissibbiltà manifesta”

1.      Rikorsi tal-uffiċjali – Ilment amministrattiv li għandu jitressaq qabel – Termini – Natura ta’ ordni pubbliku

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 90)

(ara l-punt 27)

2.      Rikorsi tal-uffiċjali – Ilment amministrattiv li għandu jitressaq qabel – Data tat-tressiq – Riċezzjoni mill-amministrazzjoni

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 90(2))

(ara l-punt 28)

3.      Rikorsi tal-uffiċjali – Att li jikkawża preġudizzju – Kunċett – Deċiżjoni li tirrikonoxxi s-snin ta’ servizz adottata wara t-trasferiment tal-kapital li jirrappreżenta d-drittijiet għal pensjoni akkwistati qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni – Inklużjoni

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 90(2))

(ara l-punti 31, 32)

4.      Uffiċjali – Deċiżjoni li tikkawża preġudizzju – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata

(Regolamenti tal-Persunal, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 25)

(ara l-punt 36)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiffissa l-akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz pensjonabbli li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-iskema tal-pensjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fuq talba għat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni akkwistati mir-rikorrenti qabel id-dħul tagħha fis-servizz tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet minħabba n-nuqqas ta’ osservanza, mill-Kummissjoni, ta’ terminu raġonevoli għat-trattament ta’ din it-talba għal trasferiment.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Sandra Dreimane għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.