Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2018 – Sicignano vs EUIPO – IN.PRO.DI (GiCapri “a giacchett’e capri”)

(Kawża T-619/16) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedmenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea GiCapri “a giacchett’e capri” – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea CAPRI – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Pasquale Sicignano (Santa Maria la Carità, l-Italja) (rappreżentanti: A. Masetti Zannini de Concina, M. Bucarelli u G. Petrocchi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Rampini u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Inghirami Produzione Distribuzione SpA (IN.PRO.DI) (Milano, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 806/2015-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn IN.PRO.DI u P. Sicignano.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Pasquale Sicignano huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 392, 24.10.2016.