Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Højesteret - id-Danimarka) – Apcoa Parking Danmark A/S vs Skatteministeriet

(Kawża C-90/20) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 2(1)(ċ) – Kamp ta’ applikazzjoni – Tranżazzjonijiet taxxabbli – Attivitajiet imwettqa minn kumpannija rregolata mid-dritt privat – Operat ta’ żoni ta’ parkeġġ fuq artijiet privati – Spejjeż ta’ kontroll miġbura minn din il-kumpannija fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza mis-sewwieqa tal-kundizzjonijiet ġenerali għall-użu ta’ dawn iż-żoni ta’ parkeġġ – Klassifikazzjoni – Realtà ekonomika u kummerċjali tat-tranżazzjonijiet)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Højesteret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Apcoa Parking Danmark A/S

Konvenut: Skatteministeriet

Dispożittiv

L-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ispejjeż ta’ kontroll miġbura minn kumpannija rregolata mid-dritt privat inkarigata mill-operat ta’ żoni ta’ parkeġġ privati f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza, mis-sewwieqa, tal-kundizzjonijiet ġenerali għall-użu ta’ dawn iż-żoni ta’ parkeġġ, għandhom jitqiesu li huma l-korrispettiv għal provvista ta’ servizzi mwettqa bi ħlas, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u suġġetti bħala tali għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT).

____________

1     ĠU C 161, 11.05.2020