Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Settembru 2012 - Tuzzi fashion vs UASI - El Corte Inglés (Emidio Tucci)

(Kawża T-535/08) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Emidio Tucci - Trade mark nazzjonali verbali u reġistrazzjoni internazzjonali preċedenti TUZZI - Isem ta' kumpannija preċedenti Tuzzi fashion GmbH - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Assenza ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Obbligu ta' motivazzjoni - Artikolu 73 u Artikolu 62(2) tar-Regolament Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 75 u l-Artikolu 64(2) tar-Regolament Nru 207/2009) - Eżami ex officio tal-fatti - Artikolu 74 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009) - Artikolu 79 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 83 tar-Regolament Nru 207/2009)"]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Tuzzi fashion GmbH (Fulda, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment J. L. Rivas Zurdo u E. López Camba, sussegwentement J. L Rivas Zurdo, E. López Camba u E. Seijo Veiguela, u finalment J. L. Rivas Zurdo u E. Seijo Veiguela, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta' Settembru 2008 (Każ R 1561/2007-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Tuzzi fashion GmbH u El Corte Inglés, SA.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Tuzzi fashion GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 55, 07.03.2009.